Filmat: il-valuri tal-UE spjegati f'minuta

X'inhuma s-sitt valuri ewlenin li fuqhom hija bbażata l-UE u kif jissarrfu fil-ħajja tagħna ta' kuljum?

L-Unjoni Ewropea hija bbażata fuq sitt valuri ewlenin li jiffurmaw il-bażi tas-soċjetà tagħna:

  • ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem
  • il-libertà
  • id-demokrazija
  • l-ugwaljanza
  • l-istat tad-dritt
  • ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi dawk tal-minoranzi

 

Il-valuri tal-UE huma komuni għall-pajjiżi tal-UE u jiżguraw soċjetà fejn jipprevalu l-pluraliżmu, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà, in-nondiskriminazzjoni u l-ugwaljanza. Huma jinsabu minquxa fl-Artikolu 2 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea.

 

Aqra aktar dwar kif l-UE tista' taġġixxi kontra l-ksur tal-valuri tal-UE u r-rwol tal-Parlament Ewropew fil-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali